Fl-elfejn ħamsa u għoxrin, Festivals Malta se tkun qed tippreżenta programm ta’ 11-il festival, li jiġbdu għad kbir ta’ persuni lejhom u jinkludu, fost l-oħrajn, l-appuntamenti annwali tal-Karnival ta’ Malta, ‘Mużika Muzika’ u n-‘Notte Biance’.
Dan fl-istess ħin li se jkunu qed jittellgħu wkoll 160 attività tal-ogħla livell.
Dan tħabbar fit-tnedija tal-programm għall-2025 tal-entità Festivals Malta, li fi kliemha se tkun sena li se ġġib magħha sfidi ġodda, mhux l-inqas bl-impenn biex ikompli jogħla l-livell tal-avvenimenti mistennija.
Għat-tnedija tal-programm, attenda wkoll il-Ministru responsabbli Owen Bonnici, li faħħar it-tmexxija ta’ Festivals Malta fil-ħidma tagħha biex iżżommu dawn l-appuntamenti kulturali ħajjin.