Partit Nazzjonalista meta kien fil-Gvern ġab l-awsterità bil-kontra ta’ Gvern Laburista li reġa’ nvesta fil-familji u l-ħaddiema bl-akbar tax cut fl-istorja.
Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Laburista, b’reazzjoni għal stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista, dwar id-diskors tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, il-Ħadd filgħodu.
Fl-istqarrija, intqal kif fuq frodi, kull ma jrid jagħmel il-Partit Nazzjonalista huwa li jħares lejn il-Kap tiegħu stess, li għamel snin twal ma jħallasx it-taxxa kontra l-liġi.
L-istess kif qed jagħmel illum bil-Partit Nazzjonalista, jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti billi ma jiddikjarax lanqas x’jaqla’ mid-donazzjonijiet, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.