Fil-laqgħa COP29 li tlaqqgħet fl-aħħar jiem f’Baku, l-Ażerbaijan, ġew tripplikati l-fondi ta’ finanzjament lejn il-pajjiżi l-aktar vulnerabbli biex ikunu jistgħu jilqgħu għall-impatti tat-tibdil fil-klima.
Fil-fatt, il-fondi telgħu minn mitt biljun dollaru Amerikan fis-sena, dan il-fond issa tela’ għal tlett mitt biljun dollaru Amerikan sal-2035.
Għan-nom ta’ pajjiżna f’din il-konferenza pparteċipat il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli, li kienet ukoll parti mit-tim ta’ negozjaturi għall-ftehim finali filwaqt li serviet bħala negozjatur f’isem l-Unjoni Ewropea flimkien mal-ministru tal-Awstrija, laqgħet il-ftehim b’sodisfazzjon.
Matul din il-konferenza tal-klima, Malta kienet irrappreżentata f’diversi fora u ressqet ’il quddiem numru ta’ inizjattivi innovattivi f’oqsma varji bħall-produzjzoni effiċjenti tal-ilma u sorsi ta’ enerġija iktar nadifa minn teknoloġiji rinnovabbli li ġejjin mir-riħ u x-xemx fl-ibħra tagħna.