Għal tmien skemi ta’ għajnuna lill-bdiewa u r-raħħala minn fondi Ewropej, tul l-elfejn u sittax applikaw 13,495. Minn dawn ħames t’3,177 bidwi ħadu għajnuna diretta. Fost oħrajn, l-iskemi ndirizzaw il-produzzjoni tal-ħalib, it-trobbija tal-majjali, iż-żoni żvantaġġati u l-klima.
U bil-għan li jkompli jissaħħaħ is-settur tal-agrikoltura fost l-iktar riċenti hemm skema hija miftuħa għall-bdiewa żgħażagħ.
Malcolm Vassallo, manager fl-Aġenzija għal Pagamenti Agrikoli u Rurali spjega kif, bħal dawk ta’ qabilha, din l-iskema hija mmirata li tkompli ssostni s-settur tal-biedja.