Bħalissa tinsab għaddejja t-tielet edizzjoni ta’ “Taormina Food Expo” li qed tinżamm f’Palacongressi f’Taormina.
Dan l-avveniment jiffoka fuq l-importanza tal-ikel li ġej mis-settur agrikolu Sqalli. Fost il-ħamsin esebitur li ser jkunu qiegħdin jieħdu sehem f’din il-fiera ser jkun hemm ħmistax Maltin.
Fil-preżenza tal-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said, ġie ffirmat ftehim bejn Malta u Sqallija sabiex jingħata appoġġ lill-intraprendituri Sqallin kif ukoll Maltin.
Il-Ministru Anton Refalo qal li permezz ta’ dan l-expo qed ikompli jissaħħaħ il-qasam agrikolu u tal-ikel ta’ pajjiżna.
‘’Għaldaqstant b’din l-expo, aħna qegħdin nsaħħu din ir-relazzjoni bejn min-naħa waħda Sqallija u naħa l-oħra Malta, fl-istess ħin ukoll qegħdin nagħtu identità u saħħa ukoll lill-ikel Malti u Għawdxi’’