Għal 500 mitt darba, id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina ma marx għax-xogħol.
Dan ġie żvelat mill-gazzetta t-Torċa, fejn spjegat kif f’dawn l-okkażjonijiet, Bezzina mar fuq xogħol privat tiegħu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, mingħajr ma ħa l-leave mid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi, fejn jaħdem b’salarju ta’ €51,000.
It-Torċa qalet li “jirriżulta li Toni Bezzina ma jmurx għax-xogħol mingħajr spjegazzjoni anki jekk inġibdet l-attenzjoni għan-nuqqasijiet tiegħu u jagħmel ix-xogħol privat tiegħu bħala Perit waqt li suppost qed joffri s-servizzi tiegħu ma’ fejn jaħdem mal-Gvern.”
Kif anke ġie żvelat fl-aħħar jien, Toni Bezzina imbagħad imur fejn hu impjegat mad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi biex jiġbor il-vouchers tal-fjuwil ħalli jużahom għall-vettura tiegħu.
Il-gazzetta tal-Ħadd turi kif “f’ħafna mill-każijiet li Toni Bezzina mar quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal xogħol privat, flok mar ix-xogħol li għandu mal-Gvern ,huma fuq żviluppi fil-kostitwenza tiegħu fil-ħames distrett bħaż-Żurrieq u l-Qrendi.”
Ta’ min ifakkar kif dwar il-Perit Bezzina anke infetaħ ilment quddiem il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
It-Torċa tgħid ukoll li nfetħu ilmenti oħrajn dwar id-Deputati Nazzjonalisti David Agius u Justin Schembri, b’sorsi jgħidula li dawn iż-żewġ Deputat “speċjalment Schembri huwa inkwetat dwar il-fatti li jeżistu dwar l-assenza tiegħu mingħajr spjegazzjoni fuq il-post tax-xogħol.”
Agius jaħdem il-Freeport bħala impjegat mal-Gvern u jirriżulta lill-gazetta li dan għamel żmien twil ma jmurx għax-xogħol imma mbagħad beda jmur b’mod ridott bl-iskuża li għandu x-xogħol parlamentari bħala Deputy Speaker.
Intqal li Justin Schembri huwa għalliem u ma kienx qed imur għax-xogħol, speċjalment meta kien jaħdem fid-Dipartiment tal-Eżamijiet.
Toni Bezzina u David Agius kienu fost disa’ Deputati Nazzjonalisti li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika preċedenti, George Hyzler, sab li kienu mhux imorru għax-xogħol bl-iskuża tal-irwol parlamentari.