Indjan ta’ 29 sena residenti Birkirkara weġġa’ gravi, wara li tilef il-kontrol tal-mutur u waqa’.
L-inċident seħħ għal ħabta tan-nofsiegħa ta’ dalgħodu fit-Triq il-Belt Valletta, Raħal Ġdid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.