L-aħbar li ġie estiż il-perjodu li dawk li għandhom passaport Malti se jkunu jistgħu jidħlu fiċ-Ċina għal tletin ġurnata mingħajr bżonn ta’ viża, se tiffaċilità ferm ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ popli.
Din kienet ir-reazzjoni li esprima ma’ dan l-istazzjon, iċ-Charge d’Affaires tal-Ambaxxata Ċiniża għal Malta, Peng Yijun, li spjega magħna żewġ vantaġġi ewlenin.
“One is the free access to China that includes exchanges and visits, and the other point is that the stay in China is currently 15 days and will be expanded to thirty days.”
Fil-fatt, din l-estensjoni se tidħol fis-seħħ mit-30 ta’ Novembru li ġej sal-aħħar ta’ Diċembru 2025.
Peng Yijun tenna kif l-iffaċilitar fl-ivvjaġġar se jkun l-ikbar vantaġġ, hekk kif se jkun qed jespandi l-opportunitajiet ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ popli f’diversi oqsma bħat-turiżmu u l-kummerċ b’mod partikolari fejn tidħol l-esportazzjoni ta’ prodotti lokali.
Dan huwa b’mod partikolari ta’ vantaġġ għal pajjiżna għaliex issa l-Maltin u l-Għawdxin se jsibuha aktar faċli biex jibnu relazzjoni mal-wieħed punt erba’ biljun persuna li joqgħodu fiċ-Ċina.
Fil-fatt, skont iċ-Charge d’Affaires għal pajjiżna, din l-aħbar intlaqgħet tajjeb ferm mill-poplu Malti.
“When the policy was released yesterday, I told the good news to many Maltese good friends and they are very excited and they gave me a thumbs up, we will be more than willing for more people to visit China.”
Yijun qabel ukoll ma’ dak li qal id-Deputat Prim Ministru Malti Ian Borg, li din l-estensjoni tikkumplimenta r-relazzjonijiet bilaterali b’saħħithom bejn Malta u ċ-Ċina.
“Yesterday I read the news and the Deputy Prime Minister and Foreign Minister Ian Borg said that the visa-free policy towards Malta is a must do in the long standing bilateral relations and reflects the very wonderful bilateral trust.”
Fl-aħħar nett, Yijun temm jgħid kif iċ-Ċina hi kommessa li tibqa’ taħdem biex isaħħaħ ir-relazzjoni ma’ pajjiżna.
“China will be committed, as always, to work together with the Maltese society to strenghten the mutual trust, to make more practical cooperation and to promote the cultural changes and will bring the bilateral relations to higher levels.”