Wirja bl-isem ta’ The Cippi of Malta – Their Story and Voyage ġiet imnedija fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta li se tibqa’ miftuħa sal-31 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla.
Dawn iċ-ċippi li huma żewġ kandelabri tal-irħam għandhom sinifikat storiku immens minħabba l-iskrizzjonijiet Feniċi u Griegi li għandhom imnaqqxa fuqhom.
Il-Ministru Owen Bonnici saħaq dwar l-irwol tal-wirja li tkattar id-diplomazija kulturali, filwaqt li ċ-Chairman ta’ Heritage Malta, Mario Cutajar, irrimarka li dawn iċ-Ċippi huma parti kbira mill-istorja ta’ Malta u bihom insiru nafu iżjed dwarna u l-wirt ta’ Malta.
Il-wirja tixħet dawl ukoll fuq il-mistoqsijiet kontinwi dwar l-oriġini taċ-ċippi, hekk kif l-istudjużi jkomplu jesploraw meta u kif waslu Malta għall-ewwel darba.