F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli u s-Sindku ta’ Ħal Tarxien Joseph Abela Galea, ġew imħabbra id-dettalji dwar l-Attività Festa Ħelu fil-Milied.
Din l-attività ser tkun qiegħda tittella’ fil-binja tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien, is-Sibt 30 ta’ Novembru bejn is-sebgħa ta’ filgħodu u l-ħdax ta’ bil-lejl u l-Ħadd l-1 ta’ Diċembru bejn is-sagħtejn ta’ wara nofsinhar u t-tmienja u nofs ta’ filgħaxija.
Is-Sindku Joseph Abela Galea qal li l-attività din is-sena ser tkun maqsuma fuq jumejn, sabiex jintlaħqu iżjed nies, filwaqt li ħeġġeġ mhux biss lit-Tarxiniżi biex jattendu iżda wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin kollha.
Bħala parti minn din l-attività din is-sena wkoll ser tittella’ wirja ta’ bambini fir-reach out centre, il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru.