F’waħda minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li se jkunu qed isiru sal-aħħar ta’ din is-sena dwar kif se ssir ħidma ħolistika biex tiġi mitigata l-isfida tat-traffiku, il-Ministru responsabbli mill-qasam Chris Bonett, spjega l-viżjoni tal-Gvern fis-settur tat-trasport fiż-żmien li ġej filwaqt li sema’ numru ta’ ideat, suġġerimenti u opinjonijiet mill-pubbliku dwar kif se tingħeleb din l-isfida kollettivament.
Quddiem folla sabiħa f’Santa Luċija, il-Ministru Bonett semma u spjega kif il-proposti mħabbra wara l-Baġit 2025 se nibdew naraw l-implimentazzjoni tagħhom mill-bidu tas-sena d-dieħla fuq medda ta’ 18-il xahar.
Dawn il-proposti huma bbażati fuq 6 pilastri:
Proposti li jħarsu lejn 24 hour economy.
Proposti mmirati lejn in-numru u l-użu tal-vetturi.
Proposti mmirati lejn il-parkeġġ.
Proposti dwar it-trasport pubbliku.
Proposti dwar il-kordinazzjoni aħjar ta’ xogħlijiet infrastrutturali fit-toroq tagħna u proposti illi jirrigwardaw l-importanza tal-mobbilità sostenibbli.
Il-Ministru qal ukoll li f’dan is-settur, biex nimxu ’l quddiem jeħtieġ li nkunu inqas partiġjani u saħaq kif in-nies iridu li l-politiċi jaħdmu flimkien biex l-isfidi jissolvew flimkien. Viżjoni għal trasport u infrastruttura effiċjenti u reżiljenti għalina u għal ġenerazzjoni ta’ warajna.