Malta se tilgħab kontra l-Lussemburgu fil-play-off tal-UEFA Nations League hekk kif il-Ġimgħa f’nofsinhar telgħu l-poloz f’Nyon l-Svizzera.
Malta se tkun qed tilgħab din il-play-off hekk kif spiċċat fit-tieni post ta’ Grupp D2 tal-UEFA Nations League b’total ta’ 7 punti filwaqt li l-Lussemburgu spiċċaw l-impenji tagħhom f’Grupp C fl-aħħar post bit-tliet punti minn sitt logħbiet.
Jekk Malta tegħleb lil Lussemburgu tiġi promossa għal Grupp C filwaqt li jekk ikunu l-avversarji li jirbħu l-konfront, allura jibqgħu jilgħabu f’Grupp C.
L-ewwel leg se tintlagħab f’pajjiżna fis-26 ta’ Marzu 2026 filwaqt li t-tieni leg tintlagħab fil-31 ta’ Marzu fil-Lussemburgu.
Ritratt: MFA