Il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew, l-EPP, Manfred Weber, ma ċaħadx allegazzjonijiet ta’ frodi fil-konfront tiegħu, iżda tenna li għalissa l-ġurnalisti biss qed jitkellmu fuqhom.
Persuni qrib ta’ Weber qed jiffaċċjaw allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, frodi u misapproprjazzjoni ta’ fondi Ewropej hekk kif qed ikun allegat li tliet uffiċjali qrib tiegħu użaw tali fondi fil-kampanja għall-elezzjoni tal-Parlament tiegħu fl-2019.
Fil-midja internazzjonali qiegħed jiġi rrapportat li l-investigazzjoni qed titmexxa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-EPPO, u qed tfittex jekk dawn l-uffiċċjali rċevewx tali fondi mill-EPP u użawhom fil-kampanja ta’ Weber b’mod illegali.
Madankollu, meta ffaċċjat b’dawn l-allegazzjonijiet minn ġurnalist ta’ ONE News, il-Kap tal-EPP, li jagħmel parti minnu l-Partit Nazzjonalista Malti, deher skomdu jwieġeb, filwaqt li ma ċaħadx l-allegazzjonijiet.
Ġurnalist: “Firstly, what do you make of these allegations and what is your reaction to them?”
Manfred Weber: “For the moment we only have press articles, so we do not have an official request from the authority to clarify anything.”Ġurnalist jistaqsi lil Manfred Weber, Kap tal-Partit Popolari Ewropew, l-EPP.REKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Weber li, bħall-Partit Nazzjonalista, jitkellem ħafna fuq is-saltna tad-dritt u l-korrettezza, saħansitra għażel li ma jweġibx meta mistoqsi hux se jirriżenja f’każ li l-EPP jintalab jikkjarifika ruħu f’din l-investigazzjoni.
Hawnhekk Weber għażel li jitfa’ l-akkużi taħt it-tapit hekk kif ipprova jnaqqas l-importanza tal-allegazzjonijiet, għax qal li għalissa l-ġurnalisti biss qed jistaqsu dwarhom, minkejja li jipprietka fuq il-importanza tal-ġurnaliżmu ħieles.
Ġurnalist: “If these allegations are brought to light and the EPP is requested to clarify. Will you resign?”
Manfred Weber: “There is no public request on the table to answer the question, only journalists are asking this question in this moment of time.”
Ġurnalist jistaqsi lil Manfred Weber, Kap tal-Partit Popolari Ewropew, l-EPP.
Ftit wara li dawn l-allegazzjonijiet ħarġu fil-pubbliku, l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil irriżenja minn Segretarju Ġenerali tal-EPP u l-id il-leminija tal-istess Weber.
Din ir-riżenja ġiet interpretata bħala waħda ta’ tħassib fid-dawl ta’ dawn l-allegazzjonijiet hekk kif kompliet iżżid id-dubji u s-suspetti dwar dak li kien qed jiġri fil-kurituri tal-EPP fil-qalba ta’ Brussell.