Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa mistennija li ssir laqgħa ġenerali straordinarja li propju s-sejħet ftit tal-ġranet ilu mill-President tal-klabb Johann Said.
Din il-paġna tinsab infurmata li fl-aħħar ġranet kienu għaddejjin diversi manuvri fit-tentattiv li tiġi mmxekla l-ħidma tal-stess kumitat, xi ħaġa li urtat bil-kbir lit-tmexxija preżenti u kien propju għalhekk li qeda tissejjaħ din il-laqgħa b’urġenza.
Nifhmu li matul din il-laqgħa se jkunu qed jiġu diskussa materji importanti u mhux eskluż saħansitra anke li jkun hemm numru ta’ riżenji.
Intant Floriana FC ikun fl-azzjoni s-Sibt 23 ta’ Novembru fis-13.30 ta’ wara nofsinhar fic-Centenary Stadium kontra Mosta. Fil-mument Floriana jinsabu jokkupaw it-tieni post tal-klassifika b’total ta’ 23 punt, ħamsa taħt il-leaders Birkirkara. S’issa l-greens għadhom bla telfa wara ħdax il-partita.