Il-membri tal-Gvern fuq il-Kumitat għall-Istandards, kitbu ilment formali lill-Ispeaker biex jinvestiga u jordna l-provvedimenti xierqa dwar il-mod kif il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jiżgwida dwar ir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Partit Laburista, hekk kif intqal li l-ebda Kumitat Parlamentari ma sab lill-ebda Ministri ħatja ta’ xi frodi, kif qed jipprova jimplika b’mod falz il-Partit Nazzjonalista, bis-soltu fissazzjoni li għandu lejn il-fake news.
Intqal li l-kelma ‘frodi’, l-istess bħall-kelma ‘impjieg fantażma’, huma biss ivvintati minn Bernard Grech u ma ssibhom fl-ebda sentenza tar-rapport.
Il-Partit Nazzjonalista jippretendi li jista’ juża lill-Kummissarju tal-Istandards, anke billi jgħid dikjarazzjonijiet li qatt ma ntqalu mill-Prim Imħallef Emeritu.
“Minflok jibqa’ jivvinta l-fake news, Bernard Grech aħjar idur dawra madwaru u jara liema deputati tiegħu ma jersqux lejn ix-xogħol u jitħallsu minn fondi pubbliċi. Dak se jkun l-unika każ ta’ two weights, two measures”, temm jgħid il-Partit Laburista.
Ara wkoll: