Skont il-midja internazzjonali, lbieraħ għall-ewwel darba, l-Ukrajna sparat missili Brittaniċi Storm Shadow lejn ir-Russja. Kemm l-Ukrajna kif ukoll il-Gran Brittanja għadhom ma kkonfermawx dawn ir-rapporti.
L-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ armi ta’ distanza biex jattakkaw fil-fond tar-Russja kienet mossa strateġika ewlenija fil-pjan tar-rebħa ppreżentat mill-President Ukren Volodymyr Zelensky lill-alleati tiegħu waqt żjara fl-Ewropa f’Ottubru li għadda.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-President Amerikan Joe Biden awtorizza l-Ukrajna biex tuża missili ta’ distanza twila fornuti mill-Istati Uniti. Din id-deċiżjoni kienet reazzjoni għall-introduzzjoni ta’ truppi mill-Korea ta’ Fuq sabiex jgħinu lir-Russja fil-gwerra kontra l-Ukrajna.
In-nazzjonijiet tal-Punent aktar qabel kienu xettiki li jippermettu l-użu ta’ dawn l-armi peress li kien hemm biża li dan jista jirriżulta f’eskalazzjoni li tinvolvi lill-membri tan-NATO f’kunflitt dirett mar-Russja. Il-Ministeru tad-Difiża Russu ikkonferma li eżatt kif l-Amerikani neħħew ir-restrizzjonijiet, l-Ukrajna sparat il-missili Amerikani lejn ir-reġjun Russu ta’ Bryansk.