Investigazzjonijiet intensivi b’rabta ma’ bejgħ ta’ oġġetti foloz u llegali fuq l-internet, kif ukoll ħasil ta’ flus, waslu għall-arrest ta’ Malti ta’ 26 sena.
L-investigazzjonijiet bdew wara li l-Pulizija irċeviet informazzjoni anonima dwar kont tat-TikTok, fejn din persuna kienet qiegħda tirreklama l-bejgħ ta’ arloġġi tad-ditta foloz, fejn il-ħlasijiet isiru biss fi flus kontanti, allegatament biex jintużaw għal ħasil ta’ flus.
Din l-investigazzjoni żvelat ukoll li l-istess persuna kienet qiegħda tirreklama l-installazzjoni llegali ta’ beacon lights u sireni fuq vetturi privati. Għaldaqstant il-pulizija wettqet sorveljanza, bissuspettat jiġi arrestat waqt li kien qiegħed isuq vettura mgħammra bil-beacon lights u sirena attivati, bl-istess vettura ma kinitx reġistrata mal-awtoritajiet u mingħajr liċenzja.
Minn tfittxija li saret fir-residenza tal-persuna, ġew elevati diversi arloġġi, basktijiet u ġojjellerija foloz, flimkien ma’ numru ta’ beacon lights u sireni. Fl-istess residenza nstabu bosta bottijiet talpepper-spray, allegatament biex jinbiegħu u flus kontanti. Ġew elevati wkoll ammont ta’ karti talkreditu bojod, sinonimi mal-frodi tal-karti tal-kreditu, billi jkunu kklownjati.
Minn aktar investigazzjoni li saru rriżulta li s-suspettat kien qiegħed jirreklama bejgħ ta’ euros foloz, bilpagamenti jsiru permezz tal-cryptocurrency.
L-investigazzjonijet kixfu wkoll allegat negozju fid-‘darkweb’ fir-rigward xiri ta’ sustanzi llegali, fosthom droga miċ-Ċina u sussegwentement dawn is-sustanzi allegatament kienu jintbgħatu biex jinbiegħu f’pajjiżi oħra.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart ta’ filgħodu quddiem il-Maġistrat Dr Rachel Montebello.