Waqt li kien preżenti fil-Freshers’ Week ta’ din is-sena, il-BOV iffoka fuq il-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju u l-benesseri fost l-istudenti b‘għadd ta’ attivitajiet u kompetizzjonijiet interessanti f’kampanja li għaqqdet flimkien eċċitament u edukazzjoni.
L-isfida tal-Boss Up your Healthier Self kienet waħda mill-inizjattivi l-aktar imfittxijin mill-istudenti fil-kampus tal-Università ta’ Malta, l-MCAST u l-Higher Secondary, b’iżjed minn 1,050 student li qadfu għal total ta’ 632 kilometru bir-rota biex laħqu l-mira biex il-bank jagħti donazzjoni ta’ tliet roti lill-Iskola tas-St Patrick.
Stqarrija tal-bank qalet li, matul il-Freshers’ Week ta’ din is-sena, ukoll kien hemm numru rekord ta’ studenti li għażlu l-BOV biex jiftħu l-ewwel kont bankarju tagħhom.
Membri tat-tim tal-People and Culture tal-BOV kienu preżenti biex jiltaqgħu mal-istudenti u ppromwovew il-programmi għall-istudenti, bħala parti mill-istrateġija tal-bank.