Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li dalgħodu ltaqgħet għall-ewwel darba kummissjoni li se tipproponi bidliet fis-sistema politika Maltija, b’mod partikolari fil-finanzjament tal-partiti u tal-poltiċi.
Dan f’nofs l-isklandu Skema Pagi PN, li dwarha Simon Busuttil għadu ma’ wieġeb ebda domanda.
Fosthom, ma spjegax għala aċċetta flus li sejħilhom maħmuġin, u ma ppubblikax invoices foloz.
Il-Kummissjoni twaqqfet minn Simon Busuttil ftit jiem ilu, u għalkemm indipendenti hija mmexxija mill-Imħallef Giovanni Bonello u tinkludi lill-eks Ministru tal-Ġustizzja Tonio Borg u lil Petra Caruana Dingli.
Il-Partit Nazzjonalista waqqar din il-Kummissjoni meta qed jipproponi sistema fejn iċ-ċittadin iħallas minn butu l-iffinanzjar tal-partit politiċi Maltin.