Waqt il-protesta li l-Partit Nazzjonalista organizza lbieraħ filgħaxija barra l-Parlament fost l-isteriżmu u l-għajjat ta’ Bernard Grech, li beda jgħajjat u jsaħħan lin-nies, inqalgħu żewġ kommossjonijiet. Waħda fil-konfront tal-ġurnalist ta’ ONE News, fejn il-kelliem ta’ Bernard Grech, Nathaniel Attard, beda jimbotta lill-ġurnalist, u wieħed li kien il-Belt intlaqat f’rasu, aktarx minn oġġett iebes li twaddab.
Bl-ewwel każ, Nathaniel Attard ma ħalliex lill-ġurnalist ta’ ONE News Nolan Camilleri jieħu kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni għad-double standards tiegħu meta għandu Deputati Nazzjonalisti li ma jmorrux għax-xogħol u jitħallsu xorta. Nathaniel Attard, li filgħodu nkixef Line to take, jiġifieri tweġiba abbozzata x’għandhom jgħidu d-Deputati Nazzjonalisti, deher jimbotta bil-goff lill-ġurnalist u jostakolah u ma jħallihx isaqsi.
Nathaniel Attard inġab biex ikun Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista flok James Aaron Ellul li spiċċa librar fl-istamperija.
Intant barra l-Parlament meta sibna lill-Perit Toni Bezzina, qalilna li qed nivvintaw dwaru. Dan wara stejjer rappurtati anki fil-gazzetta Illum, li ma jmurx għax-xogħol fid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi u meta mar għax-xogħol, ġabar voucher biex jagħti l-fjuwil lill-karozza tiegħu għal skop privat.