It-12 -il klabb membri tal-Malta Premier League se jkunu qed jircievu €2,356,000 bħala fondi ta’ solidarjeta’ mill-UEFA għall-istaġun 2024 / 25.
Dan jammonta għal €196,333 għal kull klabb u huwa l-ogħla ammont li qatt wasal għand klabbs Maltin. Il-UEFA daħħlet ukoll regoli ġodda dwar kif jiġu amministrati dawn il-flus, anki fuq talba ta’ diversi leagues, fosthom il-Malta Premier League.
Il-klabbs qed jaqblu li jagħtu s-somma ta’ €293,400 (€24,450 minn kull klub tal-Premier) biex jinqasmu indaqs bejn il-klabbs tac-Challenge League matul dan l-istaġun bħala Solidarjeta’. Dan jammonta għal 12.5% tas-somma li se jirċievu l-klabbs tal-Malta Premier, li hija kważi l-massimu permessibbli biex jitqassmu mill-UEFA.
F’stqarrija l-Malta Premier League sostnit li qed turi bil-fatti li temmen fis-solidarjeta’ u li trid tgħin l-iżvilupp tal-football Malti. Is-suċċess tal-Malta Premier ikun ta’ ġid għal kulħadd temmet tgħid l-stqarrija.