Il-Bird Life Malta allegat li fi tmiem il-ġimgħa, diversi membri tal-pubbliku li kienu qed igawdu l-kampanja rrappurtaw li raw mnasab illegali attivi madwar il-Gżejjer Maltin, liema nassaba l-Bird Life irrapportat lill-Pulizija.
Fi stqarrija l-Bird Life qalet li kien hemm inċident partikolari li kien jinvolvi grupp taż-żgħażagħ ta’ BirdLife Malta. Bird Life allegat li nassab li għatta wiċċu ħareġ jhedded u waddab ġebla fid-direzzjoni tagħhom wara li nnutaw li kien hemm attività ta’ nsib illegali tal-għasafar tal-għana fuq l-irdumijiet f’Ta Sanap, sit ta’ Natura 2000 fil-Munxar.
BirdLife Malta, ħadu filmat tal-mument li allegatament seħħ dan kollu u spjegat li bagħtitu lill-Pulizija. L-istqarrija kompliet tappella għal aktar infurzar tal-liġi.