Għada, it-Tlieta 19 ta’ Novembru mis-sebgħa ta’ filgħaxija ‘l quddiem, l-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta se jorganizza eżerċezzju ta’ taħriġ b’simulaz zjoni ta’ emerġenza.
Fi stqarrija ntqal li dan l-eżerċizzju se jsir bl-involviment ta’ għadd ta’ partijiet interessati u organizzazzjonijiet, li jiġu mobiliazzati f’każ ta’ emerġenza fl-ajruport.
Eżerċizzji bħal dawn isiru f’konformità mar-rekwiżiti ta’ regolamenti internazzjonali u Ewropej, bl-għan li jevalwaw kemm il-livell ta’ tħejjija tal-entitajiet involuti kollha, kif ukoll l-adegwatezza tal-pjan ta’ rispons.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq javża lil persuni li se jkunu qegħdin jivvjaġġaw għada, li l-vjaġġ tagħhom mhuwiex se jiġi affettwat minn dan l-eżerċizzju.
L-Ajruport fakkar lill-pubbliku li attività mhux tas-soltu, bħall-moviment ta’ diversi vetturi ta’ rispons għal emerġenza u salvataġġ fil-viċinanzi tal-ajruport, m’għandhiex tikkawża allarm.