“Għadna naraw eżempji ta’ Oppożizzjoni Nazzjonalista li tippreferi tpoġġi fuq il-fence fuq ħafna mill-kwistjonijiet li jolqtu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.”
Din kienet deskrizzjoni fl-editorjal tat-Times it-Tnejn filgħodu dwar ir-riskji ta’ politiċi li joqogħdu gallarija u li qed twassal lill-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech biex ma jiksibx biżżejjed appoġġ.
Waqt li ddeskriviet din il-mentali tal-Oppożizzjoni bħala waħda “fallaċi”, l-editorjal kien l-aħħar eżempju f’numru ta’ attakki sistematiċi minn varji fazzjonijiet Nazzjonalisti stess kontra l-Kap.
Dan ikompli wkoll ma’ rapporti fil-gazzetti tal-Ħadd, fejn anke stħarriġ tal-Maltatoday wera żieda fil-fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela kontra t-tnaqqis minn Bernard Grech.
Minbarra hekk, Emmanuel J. Galea, li jiġi missier is-sieħba ta’ Adrian Delia, kiteb fil-Malta Independent on Sunday li hu ċar li Bernard Grech m’għandux pjan għall-futur tal-pajjiż u lanqas viżjoni ta’ tmexxija.