Meta l-Ħadd fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera tkompla l-kampjonat Super League b’logħba waħda, iċ-champions Swieqi Phoenix Nium irritornaw għar-rebħ. It-team immexxi minn Leonard Zammit Munro għileb lil Flyers Volleyball Club bl-iskor ta’ 3-1. B’dan ir-riżultat, Swieqi reġgħu telgħu fl-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Falcons li għandhom disa’ punti kull wieħed.
Min naħħa l-oħra fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni Paola Executive Security, immexxija minn Michael Magro u assistit minn Antonio Borg, baqgħu mhux megħluba. Din id-darba Paola rebħu lil Swieqi Challengers bl-iskor ta’ 3-0. B’hekk Paola Executive Security ikkonsolidaw posthom f’ras il-klassifika bi tnax -il punt, seba’ punti aktar minn Birkirkara Reds li għandhom ħames punti. Jidher ċar li l-club Pawlist mhux biss għandu l-għan li jerġa jiġi promoss fl-ogħla diviżjoni iżda juża dan l-istaġun bħala preparazzjoni għall-istaġun li jmiss. Dan anki billi jintroduċi players ġodda fit-team, ħafna minnhom prodott tal-istess club.
Ir-riżultati kollha
U19
Paola Yes2Health Fitness vs Flyers 3-1
L-Ewwel Diviżjoni
Swieqi Challengers vs Paola Executive Security 0-3
U15
Swieqi Young Stars vs Depiro VC 3-0
Falcons VC vs Flyers 0-3
U17
Flyers vs Paola Maypole 0-3
Super League
Swieqi Phoenix NIUM vs Flyers VC 3-1