Nhar is-Sibt 23 ta’ Novembru, l-Federazzjoni Maltija Lotta se torganizza kompetizzjoni internazzjonali fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa.
L-aqwa lottaturi maltin se jkunu qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni u magħhom se jikkompetu lottaturi barranin ġejjin mill-Ingilterra,Skozja, l-Irlanda u oħrajn individwali minn pajjiżi oħra.
Dak ta’ nhar is-sibt se jkun ir-ritorn ta’ din il-kompetizzjoni u se taħbat fis-sena li fiha l-Federazzjoni Lotta qed tiċċelebra il-55 anniversarju mit-twaqqif tagħha.
L-avveniment se jibda fl-10 ta’ filgħodu u d-dħul huwa b’xejn.