Żewġ żgħażagħ Maltin, kisbu l-unuri fl-arti marzjali barra minn xtutna – partikolarment fl-Amerika.
Żorna lil dawn iż-żewġ atlieti, waqt it-taħriġ tagħhom – hekk kif anke wara li kisbu diversi unuri, il-ħidma ma taqta’ qatt.
Nathalie Cuschieri qaltilna xi jfissru għaliha dawn l-unuri.
“Jiena ġibt il-Grand Champion, u ġibt ukoll tliet medalji gold u waħda silver, ġifieri it’s a big achievement għall-klabb tagħna, għax biex ġibna riżultat bħal dan in a worldwide environment – it was a very nice achievement.”
Tal-istess sentiment kien Tristan Busuttil, li wkoll ikkompeta f’din il-kompetizzjoni prestiġġjuża.
“Interessati u kienet intensiva ħafna, għax ikun hemm il-pressjoni ta’ fejn qed tmur, barra minn Malta u tikkompeti hemmhekk, u qisek qed tikkompeti ma’ dawn in-nies i ma tafx, fejn hawnhekk tkun taf ma’ min qed tgħallem, u hemmhekk nies ġodda.”
Tkellimna wkoll ma’ Ian Wallace, li jmexxi dan iċ-ċentru sportiv, li spjega kif wara snin twal jgħallem din it-tip ta’ arti marzjali, huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalih li jara l-istudenti tiegħu jagħmlu suċċess. Spjega wkoll kif dan it-tip ta’ sport, imur lil hinn minn biss sport, iżda wkoll jgħin fil-formazzjoni tal-karattru u l-emozzjonijiet. Żied jgħid li huwa jiffoka ħidmietu, sabiex joħloq ambjent mingħajr ibbuljar.
“Together with the Government of Malta and Sedqa, we’ve created a sort of package for the kids, where this week, we’re going to work on effective communication, the following week on peer pressure, and after that more focused on bullying, so it’s a kind of workshop to engage kids to understand what bullying is, how to get past it, or how to work with it.”