Il-Prim Ministru Robert Abela kompla jikxef l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista hekk kif f’intervista mat-Times espona kif id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, ma jidħolx għax-xogħol minkejja li għandu salarju ta’ €51,000.
Dr Abela nnota dan fi sfond ta’ mistoqsijiet li sarulu dwar l-ingaġġ ta’ Amanda Muscat mal-Gvern lura fl-2021, liema impjieg il-Prim Ministru għal darb’oħra sostna li tterminah hu stess.
Kien hawn li l-Prim Ministru nnota l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista li ħabbar li se jagħmel protesta b’rabta ma’ dan il-każ meta fl-istess waqt Bernard Grech għandu fi ħdan il-Grupp Parlamentari tiegħu, persuni li jaħdmu mal-Gvern u li ilhom snin ma jirrappurtawx għax-xogħol.
Ewlieni fosthom, il-Perit Toni Bezzina, li huwa wkoll il-kelliem ta’ Bernard Grech għall-Agrikoltura u s-Sajd. Fil-fatt, Dr Abela żvela dettalji dwar kif Bezzina jattendi biss biex jiġbor il-vawċer biex jieħu d-diesel mit-taxxi tal-poplu meta mbagħad ma jagħti ċenteżmu li hu wieħed f’servizz fejn hu impjegat mad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Dan apparti li miegħu hemm David Agius li għal snin twal ukoll ġie nnutat li ma kienx jidħol għax-xogħol biex illum il-ġurnata qed jidħol biss b’mod ridott.
Il-Prim Ministru nnota wkoll kif illum l-Oppożizzjoni qed tuża l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika wara li kienet attakkatu.
https://one.com.mt/zvelat-toni-bezzina-ma-jmurx-ghax-xoghol-imur-halli-jiehu-l-fuel-ghall-karozza/