Il-gazzetta Illum irrappurtat kif id-Deputat Nazzjonalista u x-Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina ma jmurx għax-xogħol. Il-gazzetta qalet li l-Perit Bezzina, impjegat mad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi jmur rarament għax-xogħol u meta jmur jagħmel dan biex jimla l-fuel għall-karozza tiegħu biex jużaha għal skop privat.
Il-gazzetta qalet li ma’ Bezzina hemm aktar Deputati Nazzjonalisti li ma jmorrux għax-xogħol fosthom Justin Schembri, il-kelliem għall-edukazzjoni. L-edukatur u Deputat Nazzjonalista Justin Schembri jingħad li skont indaġni oħra, kien ukoll ikun assenti mill-post tax-xogħol waqt li kien fid-Dipartiment tal-Eżamijiet. Huwa tmexxa biex jerġa’ jkun għalliem fi skola fir-Rabat.
Intefa’ d-dawl anki fuq David Agius u Robert Cutajar li wkoll jaħdmu mal-Gvern imma skont din il-gazzetta sa issa ma għandhiex konfermi. Kontra tliet Deputati Nazzjonalisti li tinkludi lil Toni Bezzina b’paga ta’ €51,000 ma jmurx għax-xogħol, infetħu ilmenti minn Neville Gafa quddiem il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Dan biex issir investigazzjoni fuq ksur ta’ etika.
Fl-aħħar xhur, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kien qamlu inkwiet fil-Grupp Parlamentari tiegħu, partikolarment minn Deputati li jaħdmu mal-Gvern u hemm dubji serji kemm ikunu fuq il-post tax-xogħol il-ħin kollu. Dak iż-żmien kien issemma bi prominenza David Agius u n-nies tiegħu qalu li Bernard Grech kien qed jiġi mbuttat minn David Casa biex jagħmel mozzjoni fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar.
Mozzjoni dwar ingaġġ tagħha fl-ITS u li dwarha din il-mozzjoni, Bernard Grech qatt ma ressaqha mbagħad għax kien qamlu inkwiet kbir. Casa kien imbotta lil Bernard Grech biex jagħmel din il-mozzjoni fi żmien meta kien jara lil David Agius theddida hekk kif dan kien qed itellaq miegħu għal siġġu fil-Parlament Ewropew.