Il-Ħadd 17 ta’ Novembru, ONE se jagħmel tibdil fl-iskeda normali tiegħu sabiex jingħaqad għat-trażmissjoni diretta tal-Mixja mal-President.
L-appell tagħna huwa li kull min jista’ jipparteċipa, jagħmel dan hekk kif din se tkun l-ewwel edizzjoni li din il-mixja ssir mal-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta. Iżda, din it-trażmissjoni se tkun immirata sabiex dawk li ma jistgħux jingħaqdu f’din il-mixja nazzjonali, xorta waħda jkunu jistgħu jagħtu d-donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.
It-trażmissjoni tibda għall-ħin tad-9:20am u għaldaqstant, għal Ħadd filgħodu l-programm ta’ analiżi u diskussjoni PAPERSCAN mhux se jixxandar.