Mill-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, ħareġ li, fis-sena akkademika 2022-2023, l-għadd sħiħ ta’ persuni li jaħdmu fl-edukazzjoni formali laħaq l-20,161 persuna … żieda ta’ 3.1% fuq is-sena akkademika ta’ qabel.
Fil-fatt, l-għalliema fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-privat ammontaw għal 10,336 għalliem, fil-maġġoranza assoluta tagħhom nisa, b’persentaġġ li jammonta għal 66% fuq l-ammont sħiħ.
L-għalliema fl-istituzzjonijiet edukattivi tal-Gvern kienu jgħoddu għal 70% jew aktar minn 14,000.
L-edukaturi kollha fl-aħħar xhur ukoll gawdew minn titjib sinifikanti fil-pakkett finanzjarju tagħhom permezz tal-ftehim kollettiv storiku ffirmat bejn il-Gvern Laburista u l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, li wkoll se jwassal biex aktar persuni jitħajru għall-professjoni ta’ edukaturi fiż-żmien li ġej.