Project Green tat bidu għax-xogħlijiet sabiex żona ta’ madwar 8,870 metru kwadru f’Pembroke tinbidel fi spazju miftuħ, proġett li se jkun qiegħed joħloq ġnien komunitarju f’lokalità tant urbanizzata.
Il-Ġnien William Harding f’Pembroke se jkun qed jiġi żviluppat fuq sit li kien miksi bil-konkos.
Din ir-riġenerazzjoni se twassal għat-tħawwil ta’ 100 siġra, ġibjun taħt l-art u r-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ fost oħrajn. Bi preparazzjoni għal dan ix-xogħol, bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ skavar u l-formazzjoni tal-passaġġi. Dan il-ġnien, li mistenni jitlesta fl-2025, ser ikun aċċessibbli għal madwar 1,000 familja f’inqas minn 10 minuti mixi.
Kif spjegat Cheryl Camilleri, perit ta’ Project Green, it-tħawwil tas-siġar u pjanti se jsaħħu l-bijodiversità tal-ġnien waqt li jagħtu dehra isbaħ lill-ispazju. Żoni dedikati għal-logħob tat-tfal u żoni dedikati għall-pikniks se jipprovdu spazju versatili, fejn persuni ta’ kull età jistgħu jgawdu ambjent nadif u sabiħ.
“Hawnhekk qegħdin William Harding, fejn minn sit tal-konkos ser nkunu qegħdin nagħmluh ġnien, bħalissa qegħdin neskavaw madwar 100 metru l-isfel mil-livell eżistenti,s abiex jimtela bil-ħamrija,s er nżommu s-siġar eżistenti kolla u ser nżidu madwar 100 oħra magħhom, ser nagħmlu passaġġ aċċessibbli li jgħaqqad is-sit minn naħa għal oħra u dan il-passaġġ ser jgħin ukoll sabiex l-ilma tax-xita jipperikola minnu.”