Zero Sei komplew bir-rekord perfett tagħhom fl-Enemed Women’s Futsal League meta kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva wara skor ta’ 7-0 kontra Parr Mela. Andrea Alonso kienet il-protagonista għal Zero Sei meta skorjat erba’ gowls filwaqt li Danna Fuentes żiedet tnejn oħra qabel ma’ Rebecca Zammit issiġġillat ir-rebħa finali għat-tim tagħha. Referees kienu Clint Cassar u Stephen Vella.
Lija Athletic Futsal għelbu lil Santa Margherita Futsal 3-2 f’konfront ferm akkanit u bilanċjat. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet 1-1, fit-tieni 20 minuta kienu Lija li ħadu vantaġġ minn xi okkażjonijiet li ġewhom sabiex rebħu din il-partita. Estefany Colorenarez poġġiet lil Santa Margherita minn fuq sabiex Ruth Steer Cheetham kisbet il-parita’ għal Lija. Fit-tieni taqsima, Ilenia Navarro ikkommettiet awtogowl favur Lija bi Steer Cheetham li tikseb doppjetta personali bit-tielet gowl. Għalxejn kien il-gowl ta’ Audrey Chetcuti għal Santa Margherita. Referees kienu Andrea Naudi u Danilo Francalanza.
Swieqi United LEC 07 kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva wara li għelbu lil Iklin Futsal 3-1. Wara li Swieqi marru minn fuq qabel tmiem l-ewwel taqsima, huma baqgħu jammistraw il-logħba u żiedu żewġ gowls oħra qabel ma’ Iklin naqqsu l-marġni tal-iskor. Krista Montfort, Vanessa Honorio Carneiro u Michela Felice skorjaw il-gowls għal Swieqi b’Iklin li sabu l-uniku gowl permezz ta’ Mariah Catanzaro. Referees kienu Marco Orazio La Rosa u Sillah Al Hasana.
KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE – Zero Sei, Lija Women Futsal 9 Santa Margherita Women’s Futsal, Swieqi United Women’s Futsal LEC 07 6 , Mtarfa Women, Parr Mela Pebbles Women’s Futsal 3, Iklin Women’s Futsal 0.