Huwa minnu li Arani Issa huwa tassew il-programm li permezz tiegħu jiġu ċċelebrati l-valuri veri u sodi tagħna l-Maltin u Għawdxin, valuri ta’ rispett, imħabba, dedikazzjoni, sagrifiċċju u fuq kollox determinazzjoni għall-ħajja
Wara l-waqfa tal-ġimgħa li għaddiet minħabba x-xandira tal-maratona b’risq il-Caritas, din il-ġimgħa Arani Issa jlaqqa’ lis-segwaċi ta’ ONE ma’ tliet protagonisti. Nibdew bl-istorja ta’ Mary Grace Farrugia, mara kuraġġjuża li għelbet l-esperjenza diffiċli tal-Kanċer. Mara li timla’ b’kuraġġ lil kull min ikun madwarha
Se naraw l-istorja taż-żagħżugħ Kevin Gafa’ hekk kif jirrakkonta b’emozzjoni minn xhiex għadda waqt u wara t-telfa ta’ l-għażiża ommu u l-aħħar u żgur mhux l-inqas l-istorja ta’ Bernice li ġarrbet esperjenza li bi kliemha tant hi emozzjonanti, li żgur ser iżomm bosta segwaċi mat-televizjoni.
Din il-ġimgħa, l-mistieden speċjali ta’ Arani Issa mhi ser tkun ħadd ħlief l-ewwel rebbieħa tal-Junior Eurovision ta’ Malta – Sara Harrison li llum tgħix bejn l-Ingilterra u l-Amerika b’karriera denja ta’ Maltija li tassew tagħmlilna unur!
Arani Issa jixxandar is-Sibt 16 ta’ Novembru fid-8:45pm fuq ONE