Il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono għamlet żjara fl-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary, li qed tiċċelebra l-40 sena mindu nħolqot.
Meta l-iskola ġiet stabbilita mill-Gvern Laburista ta’ dak iż-żmien, l-għan tagħha kien li sservi bħala gwida lill-istudenti li ma jkunux kisbu r-rekwiżiti meħtieġa biex ikomplu l-istudji tagħhom fil-livell Post-Sekondarju.
Mal-wasla tagħha l-Ġimgħa filgħodu, il-President ġiet milqugħa mill-membri tal-Kunsill tal-Istudenti, flimkien ma’ diversi studenti tal-istituzzjoni.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, indirizzata mill-President innifisha, flimkien mal-Kap tal-Iskola, Anna Spiteri Meilak, u s-Segretarju Permanenti għall-Edukazzjoni, Matthew Vella, li wkoll kien jattendi f’din l-iskola bħala student.
Il-President stqarret li ż-żgħażagħ huma l-pedament tal-futur u spjegat kif għandhom ikunu ċittadini attivi fis-soċjetà billi jissiebħu ma’ organizzazzjonijiet u biex jinvolvu rwieħhom fil-ħidma soċjali.
Madankollu tenniet li importanti jibqgħu jinformaw lilhom infushom fuq affarijiet kurrenti u s-sehem ta’ Malta fl-isfera internazzjonali, bħalma kienu t-tmexxija tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda.
Fi tmiem l-attività, il-President kixfet plakka kommemorattiva li tfakkar l-40 sena ta’ servizzi lejn l-istudenti f’pajjiżna.