Il-Ġimgħa filgħodu ngħata bidu għall-14-il edizzjoni ta’ ‘ŻiguŻajg’, festival tal-arti għat-tfal u żgħażagħ mifrux fuq għaxart ijiem fil-Belt Valletta u anke f’Għawdex.
Fl-ewwel jum, mart il-Prim Ministru u l-patruna ta’ dan il-festival, Dr Lydia Abela, żaret Spazju Kreattiv fil-Belt fejn tkellmet u ltaqgħet mat-tfal preżenti.
Dan il-festival se jgħaqqad artisti lokali u internazzjonali biex jippreżentaw teatru, żfin, mużika, arti viżiva u rakkontar ta’ stejjer dinamiċi.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Abela sostniet li, f’dan il-festival, it-tfal jistgħu jkunu kreattivi u jitgħallmu ħiliet għall-ġejjieni.
Preżenti wkoll flimkien ma’ Dr Abela kien hemm iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Kreattività, Rupert Cefai, u d-Direttur tal-Festival, Marta Vella.
‘ŻiguŻajg’ se jibqa’ għaddej sal-24 ta’ Novembru li ġej.