Midalja tal-bronż storika fil-Gymnasiade 2024 organizzati mill-International School Sport Federation (ISF), fil-Bahrain. Il-midalja waslet mill-ġinnasta Sophie St John.
St John spiċċat fit-tielet post tal-Balance Beam. Hija anke spiċċat il-ħames fil-Floor.
Riżultat ieħor tajjeb wasal minn Matthew Fleri Soler fl-400m track. Fleri Soler spiċċa r-raba’ b’ħin ta’ 47.61sek, li kien l-aħjar ħin personali.
Il-Gymnasiade jew kif kienu magħrufa qabel, School Sports Games, isiru kull sentejn taħt is-superviżjoni tal-ISF u rikonoxxuti mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ħadu sehem madwar 4,000 student ta’ etajiet bejn l-14 u t-18 –il sena.
Malta ħadet sehem permezz ta’ 12-il atleta bħala parti mill-Malta School Sport Federation (MSSF).
Il-parteċipazzjoni maltija fil-Gymnasiade kienet possibli grazzi għall-Ministeru tal-Edukazzjoni u Sport, l-iSkola Nazzjonali tal-Sport, SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.