F’partita ta’ ħbiberija l-intlagħbet il-Ħamis filgħaxija fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Malta, taħt it-tmexxija tal-kowċ Davide Mazzotta, rebħet 2 – 0 kontra Leichtenstein biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima.
Kien Jurgen Degabrielle li fil-50 minuta, wara azzjoni personali, poġġa lill-Malta fil-vantaġġ b’konklużjoni fil-baxx li spiċċat wara l-goalkeeper avversarju Buchel. Tliet minuti biss wara, Malta rdupjat meta d-daqqa ta’ ras tad-difensur Luke Tabone ħasdet lill-goalkeeper Buchel b’dan tal-aħħar jispiċċa jitfa fix-xibka tiegħu stess għal 2 – 0 liema riżultat kien dak finali.
Il-partita kienet ikkontrollta mir-referee mill-federazzjoni tal-Portugall Gustavo Correla.
Din il-partita kienet partita li serviet ta’ preparazzjoni għal konfront importanti ta’ nhar it-Tlieta li ġej meta Malta f’pajjiżna tilqa lill-Andorra f’konfront validu minn Grupp D2 tal-UEFA Nations League.