Quddiem il-Parlament, l-eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, ġie mistoqsi jekk jaqbilx ma’ diskors dispreġġjattiv u ta’ mibegħda li ntqal minn esponenti waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit kontra kull min m’għandux l-istess fehma.
Xi ħaġa, li skont Fenech Adami, hi biss gidba.
Qal, “Qed tivvinta.”
Madankollu, il-verità hi waħda.
Fl-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar dan id-diskors.
Qal, “Din l-orġja ta’ patti Sataniċi li għaddej minnha l-PL.”
Iżda l-kliem ta’ mibegħda, li ntuża minn ħdan il-Partit Nazzjonalista u ma ġiex ikkundannat, issa qed jipprova jiġi mistur, tant li d-Deputat Stanley Zammit ipprova jagħti x’jifhem li mhux veru ntqal hekk.
Qal, “Ma nafx minn fejn ġibtuha.”
Darren Carabott, min-naħa l-oħra, ikkonferma li dan id-diskors ta’ mibegħda ntqal fil-Kunsill Ġenerali Nazzjonalista.
Qal, “Qed tikkwota espert finanzjarju fil-Kunsill Ġenerali”.
Barra l-bini tal-Parlament staqsejna wkoll lil deputati oħrajn tal-Oppożizzjoni, li b’ħarsa mqita fuq wiċċhom, għażlu li jlebbtu lil hemm, mingħajr lanqas biss bewqu ħalqhom biex jagħtuna xi tip ta’ risposta.
Ġurnalist: “Taqbel miegħu” u telqet
Id-Deputata Nazzjonalista Janice Chetchuti, b’daħka fuq wiċċha, qaltilna li hi ma semgħetx dak li ntqal fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit tagħha.
Qalet, “Jien ma smajtux”.