L-Awtorità tal-Ippjanar, permezz tad-Development Planning Fund tagħha, iffinanzjat parzjalment fergħa ġdida fi ħdan il-kumpless tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesù fil-Mosta.
Dan sar b’investiment ta’ €850,000 u se jsaħħaħ ir-rwol bħala ċentru għall-komunità, billi jopprovdi ambjent ta’ tagħlim sigur, modern u kompletament aċċessibbli b’faċilitajiet sanitarji mtejba.
Il-kumpless tal-Qalb ta’ Ġesù għandu tradizzjoni twila ta’ servizz fil-komunità, li jospita varjetà ta’ gruppi u attivitajiet, inklużi scouting, funzjonijiet tal-knisja, gruppi teatrali, klassijiet ta’ kateriżmu u attivitajiet rikreattivi.
Dan it-titjib jinkludi wkoll sala ġdida multi-purpose ddisinjata għall-użu tal-komunità, klassijiet addizzjonali għall-istruzzjoni tal-katekiżmu, faċilitajiet ta’ drama estiżi, fost oħrajn.