Meta wieġeb mistoqsijiet fil-Parlament dwar il-kwistjoni tat-traffiku li nħoloq kawża tal-influss qawwi għall-akbar konferenza tal-gaming fid-dinja, li qed tiġi ospitata mill-ġdid f’pajjiżna, u l-mod kif il-Kap tal-Oppożizzjoni malajr rikeb biex jiskorja ftit punti politiċi, il-Ministru responsabbli Chris Bonett kellu risposta ċara f’dan ir-rigward.
“Filwaqt li nissimpatizza ma’ kull min ilbieraħ, ma’ kull min sab it-traffiku lbieraħ. Jiena kont wieħed minnhom. Ma kontx eżenti minnha din il-ħaġa. Jiena stess inżilt fil-post biex nipprova nara eżattament jiena wkoll b’għajnejja x’qed jiġri però nissimpatizza ma’ kulħadd. Ma’ min ma nissimpatizzax hu ma’ min filgħaxija biex jiskorja xi ftit punti pulitiċi, bħall-Kap tal-Oppożizzjoni. Kiteb l-ewwel strofa fuq Facebook biex jurina kemm hu bravu fil-Malti, imbagħad, x’ħin kulħadd beda jaqlagħlu, għax ma kienx qed joħroġ il-proposti tiegħu, ħareġ erba’ proposti. Irrisponda lilu nnifsu. U kif irrisponda lilu nnifsu dan? Irrisponda lilu nnifsu billi rrepeta ħafna mill-affarijiet li għedt jiena ġimgħa u nofs ilu.”
Il-Ministru Chris BonettREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mit-Tnejn li għadda sal-Ħamis, pajjiżna qed jospita l-konferenza dinjija ta’ SiGMA Europe fejn qed jieħdu sehem mal-40,000 persuna, fil-maġġoranza assoluta barranin, miġburin f’post wieħed fil-Malta Maritime Hub fil-Marsa.
Il-Ministru Bonett spjega kif il-post fejn qed tittellgħa l-konferenza hu sensittiv għal dak li jirrigwarda t-traffiku, iżda, b’differenza għal dak li seħħ sena ilu u bil-kontra ta’ dak li pprovat timplika l-Oppożizzjoni, din is-sena, Transport Malta ħadet ħsieb li jkun hemm kordinament għall-cabs, b’żoni ta’ drop off biex ħadd ma jieqaf bl-addoċċ f’nofs ta’ triq f’Aldo Moro.
“Din is-sena Transport Malta ħadmet differenti. Fil-fatt dawk kollha li bdew iwaqqfu lill-parteċipanti u li qegħdin iwaqqfu lill-parteċipanti għal din il-konferenza qegħdin jitfgħuhom f’areas li ġew iddedikati apposta. Għandek eżempju l-cabs qegħdin jużaw l-area kollha fejn hemm l-istudios tal-ONE, filwaqt li għandek ukoll l-area ta’ ħdejn il-biċċerija qed tiġi użata kollha kif ukoll il-garage ta’ Salv Bezzina & Sons. Madankollu, event ta’ din il-portata, qed nitkellmu fuq dawn l-eluf kollha ta’ nies. Qed nitkellmu qisek qed tgħid logħba football barra minn Malta ħa jwassal għal ċertu konġestjoni.”
Il-Ministru Chris Bonett