Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, il-passiġġieri li ġew f’pajjiżna bil-cruiseliners kienu jgħoddu għal iżjed minn 670,000 passiġġier. Żieda ta’ 26,709 passiġġier, meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Dan ħareġ skont l-aħħar ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Ħareġ li l-maġġoranza tal-passiġġieri, f’dan il-perjodu, huma dawk minn barra l-Unjoni Ewropea. Dan hekk kif l-Amerikani u l-Ingliżi kienu l-aktar nies li minnhom ġew bil-cruiseliners f’pajjiżna. Biż-żewġ nazzjonalitajiet jaqbżu l-130,000 passiġġier, rispettivament.
Dan filwaqt li ġew aktar minn 100,000 Taljan permezz tal-cruiseliners.