Il-prassi tal-edukaturi f’pajjiżna biex huma jikkomunikaw mal-midja, ilha fis-seħħ mill-2008. Dan jgħidu s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, Matthew Vella, biex ġab fix-xejn il-perċezzjoni tal-Partit Nazzjonalista wara li reġa’ għaffiġha u qal li dan il-Gvern irid isikket lill-għalliema.
Però, Vella sostna li ċirkolari li ħarġet ftit ilu f’dan ir-rigward, taqbel perfettament ma’ dik li kienet ħarġet fl-2008 fi żmien Gvern Nazzjonalista.
Ara x’qal eżatt lil ONE News aktar kmieni llum:
“Tajjeb li nsemmu li, fl-2008, id-Direttur Ġenerali ta’ dakinhar kien ħareġ ċirkolari fejn proprju ta struzzjonijiet differenti kif l-edukaturi differenti meta jagħtu kummenti jew jagħmlu komunikazzjoni mal-midja, bħala uffiċjali pubbliċi, kellhom jimxu ma’ proċess partikolari. Tajjeb li ngħidu li, allura, iċ-ċirkolari li aħna ħriġna ftit tax-xhur ilu, tirrifletti l-istess spirtu tal-2008. U nsemmi wkoll li meta aħna bħala uffiċjali pubbliċi qed nagħtu kummenti mal-midja, fir-rwol uffiċjali tagħna, irridu dejjem nimxu ma’ dak li tgħdilna direttiva numru 5, li proprju ħarġet fl-2011.”