Deputati Nazzjonalisti differenti ħassewhom skomdi, oħrajn għaddew botti għall-inkompetenza u l-imbarazzament li għadda minnu l-Partit Nazzjonalista u l-Kap Bernard Grech fl-aħħar jiem meta ġie leaked il-Pre-Budget Document li ma ħariġx mill-Oppożizzjoni.
Dokument li kif żvelat hemm ħafna żbalji bażiċi u proposti bla sustanza tant li l-esperti kitbulu li “needs more work” u “needs more beef”.
Mario De Marco, li kien Shadow Minister għall-Finanzi sakemm laħaq Jerome Caruana Cilia u issa Graham Bencini, tefa’ botta fina għal mod kif fi żmienu l-affarijiet kienu jsiru kif suppost u issa ta’ ħorox borrox.
De Marco deher skomdu u lebbet ’il ġewwa xħin staqsejnih iżjed.
Deputati Nazzjonalisti oħra kienu skomdi għal mod kif din is-sena, il-Partit Nazzjonalista ddeċieda ma joħroġ xejn wara l-fjask ta’ sentejn ilu ta’ Caruana Cilia u s-sena l-oħra spiċċaw ħarġu erba’ slides.
Beppe Fenech Adami ħass li ma kellux x’iwieġeb għall-inkompetenza tal-Partit tiegħu u ta’ Bernard Grech.
Imbagħad id-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi qalilna li tal-Partit Nazzjonalista dejjem bil-works in progress.
Hekk għamel ix-Shadow Minister Graham Bencini li għandu responsabbiltà kbira x’jerfa’ li ma ressaqx Pre-Budget Document.
Graham Bencini, li waqt il-programm Awla ammetta li joħloq żewġ kategoriji ta’ ħaddiema bil-proposta tiegħu dwar il-COLA, fakkarna wkoll dwar l-inkompetenza tal-Partit Nazzjonalista fuq il-finanzi.