Lija Athletic u Santa Margherita Futsal laħqu lil Zero Sei fil-quċċata tal-klassifika tal-Enemed Women’s Futsal League wara li kisbu rebħiet kbar fil-konfronti li lagħbu f’nofs il-ġimgħa. Lija kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata meta ġabu fix-xejn l-isfida ta’ Iklin tant li rebħulhom 12-1. Juciela Vale skorjat erba’ gowls, Leanne Micallef kellha tripletta f’isimha, Ruth Steer Cheetham kienet awtriċi ta’ doppjetta filwaqt li Eliana Gialanze, Claudette Xuereb u Katryna Grech għaqqdu l-iskor għat-tim tagħho. Sarah Grech skorjat l-uniku gowl għal Iklin. Referees kienu Jonathan Balzan u Sara Kankaras.
Santa Margherita iddominaw il-konfront li kellhom kontra Parr Mela u rebħu 8-2. Edera Marmara u Kirsty Paris kienu fi klassi għalihom meta skorjaw tripletta kull wieħed. Estefany Calmenasec skorjat doppjetta u għaqqdet l-iskor għat-tim tagħha. Referees kienu Andrea Naudi u Stefania Bonnici.
Swieqi United Women’s Futsal LEC 07 kisbu l-ewwel rebħa tagħhom tal-istaġun wara li għelbu lil Mtarfa 5-0. Vanessa Honorio Carnerio skorjat erba’ gowls filwaqt li Amy Abdilla żiedet ieħor għat-tim tagħha. Referees kienu Andrew Naudi u Sara Kankaras.
KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE – Zero Sei, Santa Margherita Women’s Futsal , Lija Women Futsal 6 Mtarfa Women, Parr Mela Pebbles Women’s Futsal, Swieqi United Women’s Futsal LEC 07 3, Iklin Women’s Futsal 0.