Miet ir-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, li nhar l-Erbgħa li għadda waqa’ madwar erba’ sulari minn gallarija ta’ residenza.
L-inċident seħħ fi Triq San Franġisk, San Ġwann.
Fuq il-post kien issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Antione Agius Bonniciġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.