Wara xejn inqas minn disa’ rebħiet konsekuttivi, Floariana taw l-ewwel telfa lil Birkirkara meta meritatament għelbuhom bl-iskor konvinċenti ta’ 3-1.
Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fl-14-il minuta meta Jake Grech xeħet cross fid-direezzjoni ta’ Franklin Sasere, li iżda ma rnexxilux jagħmel kuntatt mla-ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.
Huma komplew fuq l-offensiva u tliet minuti wara Sasere għadda tajjeb lejn Reid li kellu l-konklużjoni tiegħu tintemm ferm għoli.
Kulma jmur kompla d-domjinu tal-Greens u fil-21 minuta Reid serva fuq platt tal-fidda lil Sasere li iżda minn taħt il-lasta kien sfortunat meta laqat sieq il-wieqfa.
Dan sabiex sekondi biss wara, Floriana meritatament fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Jake Grech, CARLO ZAMMIT LONARDELLI permezz ta’ elevazzjoni mill-aqwa kellu d-daqqa ta’ ras b’saħħitha tiegħu mill-viċin tintemm ġewwa.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fid-29 minuta Reid xeħet cross fil-baxx għan-nofs iżda ħadd mill-players sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.
Birkirkara wieġbu għall-ewwel darba fit-33 minuta meta f’azzjoni korali, il-ballun intemm għand Leandro Gaitan li ra x-xutt mill-ewwel tiegħu minn barra l-kaxxa jintemm barra.
L-Istripes komplew jippressaw u żewġ minuti wara, Lacunza kellu x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper tal-Greens, Christoffer Mafoumbi, biex mir-rebound, Yikpe ra lil Cedric Serge Yameogo jimblokka f’corner.
Mill-corner li rriżulta, il-ballun b’xi mod intemm għand id-difensur AGUSTIN SANDONA li permezz ta’ xutt mill-ewwel ma ta l-ebda ċans lil Mafoumbi.
Fit-42 minuta, Floriana, ipprotestaw għall-penalty meta Sasere deher li allegatament twaqqa’ mill-captain ta’ Birkirkara, Alessandro Coppola, iżda r-referee Matthew De Gabriele ħalla l-logħob għaddej.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu ferm aggressivi u fil-51 minuta Alex Satariano avvanza tajjeb minn nofs ground għal-ġol kaxxa, qabeż numru ta’ players tal-Greens, qabel kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali jiġi mblukkat f’corner minn difensur tal-Greens.
Floriana wieġbu mill-azzjoni li segwiet minuta biss wara meta Franklin Sasere kellu ċ-ċans kollu biex jikkonkludi iżda sab lil Manuel Ignacio Morello providenzjali għall-Istripes li mblokka tajjeb f’corner.
Huam komplew jiddettaw il-logħob u fis-57 minuta reġgħu marru fil-vantaġġ meta Jake Grech xeħet cross preċiż lejn CARLO ZAMMIT LONARDELLI li permezz ta’ daqqa ta’ ras oħra mill-isbaħ u ferm b’saħħitha tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Taljan ta’ Birkirkara, Giacomo Volpe, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.
Birkirkara wieġbu fil-71 minuta meta Alex Satariano għadda tajjeb lejn Maxuell Maia li kellu x-xutt fil-baxx mid-distanza tiegħu li ntemm ftit barra.
Iżda kienu Floriana li ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fl-74 minuta meta wara li rċieva minn corner tas-solitu Jake Grech, CEDRIC SERGE YAMEOGO, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u żmarkat għal kollox permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa.
Fit-83 minuta, Floriana sfaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom permezz taj’ karta ħamra diretta, Emerson Souza Silva wara daħla kerha fuq is-sostitut, Andrea Zammit.
Referee: Matthew Degabrielle
Plejer tal-Logħba: Carlo Zammit Lonardelli (Floriana FC)