‘Festa Familija’, inizjattiva komunitarja mill-qalb iddedikata lit-tfal, se tkun qed tiġi organizzata f’Ħal Safi fis-17 ta’ Novembru, bl-appoġġ finanzjarju tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.
Fil-preżenza tal-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, is-Sindku ta’ Ħal Safi, Johann Mula, enfasizza dwar l-impenn tal-Kunsill li joħloq spazji għat-tfal residenti fil-lokalità fejn jilagħbu u jgawdu ħin ta’ kwalità.
Stqarr li dan l-avveniment għandu l-għan li jibni kuxjenza dwar kwistjonijiet globali serji u jibgħat messaġġ ċar għal azzjoni favur dinja fejn it-tfal kollha jkunu jistgħu jirnexxu fis-sigurtà u l-paċi, waqt li jservi bħala ċelebrazzjoni tat-tfulija.