Minkejja li Donald Trump rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti, li saret nhar it-Tlieta li għadda, baqagħlu 74 jum sabiex formalment isir President Amerikan u jidħol fil-White House.
B’differenza għal maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, il-perjodu ta’ tranżitorju fl-Istati Uniti, sabiex jinbidel Gvern huwa ta’ aktar minn xahrejn. Dan hekk kif il-President-elett Donald Trump jieħu t-tieni ġurament tal-ħatra tiegħu bħala l-47 President Amerikan se ssir it-Tnejn 20 ta’ Jannar 2025.
F’dan il-perjodu, il-President-elett jagħżel il-Kabinett u anki t-tim tiegħu fil-White House. Iżda l-President sa dakinhar jibqa’ il-President Joe Biden.
Dik tal-20 ta’ Jannar li ġej se tkun is-60 inawgurazzjoni ta’ President Amerikan, li se ssir quddiem il-Capitol, fil-kapitali Washington, D.C.