Kważi 60 persuna ġew arrestati mill-Pulizija Taljana waqt rejd kontra l-mafja fir-reġjun ta’ Calabria.
Fi stqarrija, il-Pulizija Taljana qalet li 50 persuna qed jinżammu arrestati fil-kustodja tagħha, waqt li disa’ oħra qed jinżammu arrestati fi djarhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal li dawn il-persuni arrestati kellhom x’jaqsmu f’attivitajiet kriminali tal-grupp mafjuż bl-isem ta’ ‘Ndrangheta, fost oħrajn fi traffikar tad-droga.